Petizzjoni sabiex tiġi rikunsidrata d-deċiżjoni li jitħassru l-festi interni u esterni ta' Santa Katarina V.M fiż-Żejtun
- Target:
- Jekk il-lista jkollha aktar minn 2000 firma sat-13 ta'Mejju 2013, ser tintbgħat lill-Arċisqof
- Region:
- Malta
Illum, 9 ta'Mejju 2013, inħarġet stqarrija mill-kurja li tgħid:
"Wara li tħabbret il-mewt għall-għarrieda ta’ Dun Eric Overend, Arċipriet taż-Żejtun, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., permezz ta’ Dun Gino Gauci bħala Amministrattur Parrokkjali, għamel konsultazzjoni mal-kleru tal-parroċċa, mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Għaqda tal-Armar, mas-Soċjetà Mużikali Beland, mal-Banda Żejtun u mal-Grupp tan-Nar, dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-Festa Santa Katarina li kellha tkun iċċelebrata fil-Parroċċa taż-Żejtun fis-16 ta’ Ġunju 2013.
Wara l-konsiderazzjoni meħtieġa, u wara li s-Soċjetajiet tal-Banda, tal-Armar u tan-Nar qablu li jħallu f’idejn l-Awtorità tal-Knisja, l-Arċisqof dehrlu li huwa l-aktar xieraq li b’rispett lejn il-memorja tal-Arċipriet Overend, għal din is-sena, jitħassru ċ-ċelebrazzjonijiet kollha li s-soltu jsiru fil-knisja u fit-toroq.
L-Arċisqof japprezza li din id-deċiżjoni hi xhieda ta’ ġest ieħor ta’ rispett u ta’ maturità tal-komunità parrokkjali taż-Zejtun. Hu jingħaqad man-nies taż-Żejtun fit-talb b’sufraġju għall-Arċipriet Overend u biex il-Mulej isejjaħ żgħażagħ minn din il-parroċċa biex jimxu warajh bħala saċerdoti u reliġjużi."
Jidher li ħafna Żwieten m'humiex favur din id-deċiżjoni, u filwaqt li jifhmu x-xewqa li jintwera' rispett lejn l-għażiż Fr. Eric, ma jistgħux ma jurux id-diżappunt tagħhom fil-konfront ta' din id-deċizjoni. Fr. Eric ma mietx kawza ta' xi inċident relatat mal-festa, għaldaqstant ma jarawx raguni b'saħħitha bizzejjed sabiex tithassar.
Aħna hawn taħt firmatarji qed nitolbu li tiġi serjament rikunsidrata d-deċiżjoni meħuda li jitħassru l-festi interni u esterni f'unur Santa Katarina ippjanati għal din is-sena.
Aħna nemmnu wkoll li tal-inqas il-festi interni u pellegrinaġġ devot bl-istatwa tal-Qaddisa għandhom isiru xorta waħda nhar is-16 ta' Ġunju 2013.
You can further help this campaign by sponsoring it
The Petizzjoni sabiex tiġi rikunsidrata d-deċiżjoni li jitħassru l-festi interni u esterni ta' Santa Katarina V.M fiż-Żejtun petition to Jekk il-lista jkollha aktar minn 2000 firma sat-13 ta'Mejju 2013, ser tintbgħat lill-Arċisqof was written by Catherine Tabone and is in the category Religion at GoPetition.